Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Jannar – Akzo Nobel et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-345/12) 1

(“Kompetizzjoni – Proċedura amministrattiva – Suq Ewropew tal-perossidu tal-idroġenu u tal-perborat – Pubblikazzjoni ta’ deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE – Ċaħda ta’ talba intiża sabiex jinkiseb it-trattament kunfidenzjali ta’ informazzjoni pprovduta lill-Kummissjoni bis-saħħa tal-komunikazzjoni dwar il-kooperazzjoni tagħha – Obbligu ta’ motivazzjoni – Kunfidenzjalità – Sigriet professjonali – Aspettattivi leġittimi”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Akzo Nobel NV (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi); Akzo Chemicals Holding AB (Nacka, l-Isvezja); u Eka Chemicals AB (Bohus, l-Isvezja) (rappreżentanti: C. Swaak u R. Wesseling, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Giolito, M. Kellerbauer u G. Meessen, aġenti)

Parti intervenjenti in sostenn tal-parti konvenuta: CDC Hydrogene Peroxide Cartel Damage Claims (CDC Hydrogene Peroxide) (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: T. Funke, avukat)SuġġettTalba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2012) 3533 finali, tal-24 ta’ Mejju 2012, li tirrigwarda ċ-ċaħda ta’ talba għal trattament kunfidenzjali mressqa minn Akzo Nobel, Akzo Chemicals Holding u Eka Chemicals, skont l-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni tal-President tal-Kummissjoni 2011/695/UE, tat-13 ta’ Ottubru 2011, dwar il-funzjoni u t-termini ta’ referenza tal-uffiċjal tas-seduta f’ċerti proċedimenti dwar il-kompetizzjoni (Każ COMP/38.620 – Perossidu tal-idroġenu u perborat).DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Akzo Nobel NV, Akzo Chemicals Holding AB u Eka Chemicals AB huma kkundannati għall-ispejjeż.