Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali 25 ta’ Settembru 2015 – Copernicus-Trademarks vs UASI – Bolloré (BLUECO)

(Kawża T-684/13) 1

[“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali BLUECO – Trade mark Komunitarja verbali preċedenti BLUECAR – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Natura distintiva tat-trade mark preċedenti – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009– Talba għal riforma mressqa mill-intervenjenti – Artikolu 65(4) tar-Regolament Nru 207/2009)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Copernicus-Trademarks Ltd (Borehamwood, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: L. Pechan u S. Körber, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A.  Schifko, aġent)Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Bolloré SA (Érgue-Gaberic, Franza) (rappreżentanti: inizjalment B. Fontaine, sussegwentement O. Legrand, avukati)SuġġettRikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-8 ta’ Ottubru 2013 (Każ R 2029/2012 1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Bolloré SA u Copernicus-Trademarks Ltd.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.It-talbiet għal riforma ppreżentati minn Bolloré SA huma miċħuda.Copernicus-Trademarks Ltd hija kkundannata għal-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 52, 22.2.2014.