Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta' Ottubru 2010 - Agapiou Joséphidès vs Il-Kummissjoni u EACEA

(Kawża T-439/08) 1

"Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Dokumenti dwar l-għoti ta' Ċentru ta' Eċċellenza Jean Monnet lill-Università ta' Ċipru - Dokumenti li joriġinaw minn terz - Rifjut parzjali ta' aċċess - Rikors għal annullament - Terminu għall-preżentata ta' rikors - Inammissibbiltà - Eċċezzjoni ta' illegalità - Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-ħajja privata u tal-integrità tal-individwu - Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni ta' interessi kummerċjali - Obbligu ta' motivazzjoni"

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Kalliope Agapiou Joséphidès (Nikosija, Ċipru) (rappreżentant: C. Joséphidès, avukat)

Konvenuti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Owsiany-Hornung u G. Rozet, aġenti); u Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura (EACEA) (rappreżentant: H. Monet, aġent)

Suġġett

Talba għall-annullament, minn naħa, tad-deċiżjoni tal-EACEA, tal-1 ta' Awwissu 2008, dwar talba għal aċċess għad-dokumenti dwar l-għoti ta' Ċentru ta' Eċċellenza Jean Monnet lill-Università ta' Ċipru u, min-naħa l-oħra, tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2007) 3749, tat-8 ta' Awwissu 2008, dwar deċiżjoni individwali ta' għoti ta' sussidju fil-kuntest tal-Programm għall-edukazzjoni u l-formazzjoni tul il-ħajja, sub-programm Jean Monnet.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Kalliope Agapiou Joséphidès hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 237, 20.12.2008.