Language of document : ECLI:EU:T:2010:217





Digriet tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tal-21 ta’ Mejju 2010 – ICO Services vs Il-Parlament u Il-Kunsill

(Kawża T-441/08)

“Rikors għal annullament – Deċiżjoni Nru 626/2008/KE – Qafas komuni għall-għażla u l-awtorizzazzjoni ta’ operaturi ta’ sistemi mobbli permezz tas-satellita – Nuqqas ta’ interess dirett – Inammissibbiltà”

1.                     Proċedura - Rikors promotur - Identifkazzjoni tal-partijiet fil-kawża - Talba ta’ sostituzzjoni tal-kumpannija rikorrenti minn kumpannija li għandha l-istess kumpannija parent li ma hijiex aventi kawża universali tar-rikorrenti - Inammissibbiltà (ara l-punti 27, 28)

2.                     Rikors għal annullament - Persuni fiżiċi u ġuridiċi - Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment - Deċiżjoni tal-Kummissjoni, indirizzata lill-Istati Membri, li tistabbilixxi qafas komuni għall-għażla u l-awtorizzazzjoni ta’ operaturi ta’ sistemi mobbli permezz tas-satellita - Rikors ta’ operatur - Deċiżjoni li ma tipproduċix direttament effetti fuq is-sitwazzjoni ġuridika tal-imsemmi operatur - Nuqqas ta’ interess dirett - Inammissibbiltà (ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 230 KE) (ara l-punti 55-65)

3.                     Unjoni Ewropea - Stħarriġ ġudizzjarju tal-legalità tal-atti tal-istituzzjonijiet - Atti ta’ portata ġenerali - Neċessità għall-persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jirrikorru għall-eċċezzjoni ta’ illegalità jew ta’ rinviju għal deċiżjoni preliminari għall-evalwazzjoni tal-validità - Preżentata ta’ rikors għal annullament quddiem il-qorti Komunitarja f’każ ta’ ostakolu insormontabbli fil-livell tar-regoli proċedurali nazzjonali - Esklużjoni (ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE) (ara l-punti 67, 68)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni 626/2008/KE tal-Parlament u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Ġunju 2008, dwar l-għażla u l-awtorizzazzjoni ta’ sistemi li jipprovdu servizzi mobbli permezz tas-satellita (MSS) (ĠU L 172, p. 15).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

ICO Services Ltd għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.