Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Mejju 2023 – AL vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-714/21) 1

(“Servizz pubbliku – Uffiċjali – Remunerazzjoni – Allowances tal-familja – Allowance għal wild dipendenti – Artikolu 2(4) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal – Persuna assimilata għal wild dipendenti – Kundizzjonijiet għall-għoti – Irtirar tal-benefiċċju tal-allowance – Irkupru ta’ pagamenti mhux dovuti – Artikolu 85 tar-Regolamenti tal-Persunal)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: AL (rappreżentant: R. Rata, avukata)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. S. Bohr, L. Hohenecker u D. Milanowska, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tiegħu bbażat fuq l-Artikolu 270 TFUE, ir-rikorrent jitlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Uffiċċju tal-Amministrazzjoni u Ħlas tal-Intitolamenti Individwali (PMO) tal-Kummissjoni Ewropea tal-11 ta’ Jannar 2021, li kienet intiża essenzjalment, minn naħa, sabiex tiċħad it-talba għal allowance għal ommu inkwantu persuna assimilata għal wild dipendenti abbażi tal-Artikolu 2(4) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea għall-perijodu bejn l-1 ta’ Novembru 2020 sal-31 ta’ Ottubru 2021 u, min-naħa l-oħra, tordna l-irkupru tas-somom li kien irċieva abbażi ta’ din l-allowance għall-perijodu bejn l-1 ta’ Novembru 2019 sal-31 ta’ Ottubru 2020.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

AL huwa kkundannat għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 51, 31.1.2022.