Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-cour d’appel de Liège (il-Belġju) fit-28 ta’ Jannar 2021 – Pharma Santé – Réseau Solidaris SCRL vs État belge SPF Finances

(Kawża C-53/21)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour d’appel de Liège

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Pharma Santé – Réseau Solidaris SCRL

Konvenut: État belge SPF Finances

Domanda preliminari

L-Artikolu 56 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni, jew prattika nazzjonali, li abbażi tagħha l-kumpanniji stabbiliti fi Stat Membru li jirrikorru għal servizzi ta’ kumpanniji stabbiliti fi Stat Membru ieħor huma obbligati, sabiex jiġi evitat l-istabbiliment ta’ kontribuzzjoni għat-taxxa fuq il-kumpanniji ugwali għal 100 % jew għal 50 % tas-somom iffatturati minn dawn tal-aħħar, li jistabbilixxu u jibagħtu lill-amministrazzjoni fiskali dikjarazzjonijiet u estratti rekapitulattivi relatati ma’ dawn l-ispejjeż filwaqt li, kieku jirrikorru għas-servizzi ta’ kumpanniji residenti, huma ma jkunux vinkolati b’tali obbligu sabiex jiġi evitat l-istabbiliment tal-imsemmija kontribuzzjoni?

____________