Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Frar 2021 –
PNB Banka vs BĊE
(Kawża T‑230/20 R)
“Proċeduri għal miżuri provviżorji – Politika ekonomika u monetarja – Sorveljanza prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu – Missjonijiet speċifiċi ta’ sorveljanza fdati lill-BĊE – Deċiżjoni ta’ rtirar tal-awtorizzazzjoni ta’ istituzzjoni ta’ kreditu – Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Nuqqas ta’ urġenza ”
1. Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – Fumus boni juris – Urġenza – Dannu gravi u irreparabbli – Natura kumulattiva – Ibbilanċjar tal-interessi kollha inkwistjoni – Ordni ta’ eżami u metodu ta’ verifika – Setgħa diskrezzjonali tal-Imħallef għal miżuri provviżorji
(Artikoli 256(1), 278 u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 156(3))
(ara l-punti 8–11)
2. Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – Urġenza – Dannu gravi u irreparabbli – Oneru tal-prova – Deċiżjoni ta’ rtirar tal-awtorizzazzjoni ta’ istituzzjoni ta’ kreditu – Assenza ta’ prova tad-dannu – Nuqqas ta’ urġenza
(Artikoli 278 u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 156(3))
(ara l-punti 14, 15, 27)
Suġġett
| Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tal-BĊE tas-17 ta’ Frar 2020 li tirtira l-awtorizzazzjoni tar-rikorrenti. |
Dispożittiv
1) | | It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda. |
2) | | L-ispejjeż huma rriżervati. |