Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-8 ta' Lulju 2009 - Procter & Gamble vs UASI - Laboratorios Alcala Farma (oli)

(Kawża T-240/08)1

("Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva Komunitarja oli - Trade marks verbali Komunitarji preċedenti OLAY - Raġuni relattiva għal rifjut - Nuqqas ta' probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li issa sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]")

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: The Procter & Gamble Company (Cincinnati, Ohio, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: T. Scourfield, N. Beckett, solicitors, u A. Speck, barrister)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliar-Monguiral, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Laboratorios Alcala Farma SL (Madrid, Spanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-2 ta' April 2008 (Każ R 1481/2007-2) dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn The Procter & Gamble Company u Laboratorios Alcala Farma, SL.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

The Procter & Gamble Company hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 209 15.8.2008.