Language of document :

Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (Ll-Ewwel Awla) tas-16 ta’ Diċembru 2013 – CL vs EEAAEE

(Kawża F-162/12) 1

(Servizz pubbliku – Membru tal-persunal temporanju – Leave tal-mard – Reintegrazzjoni – Dmir ta’ premura – Fastidju psikoloġiku)

Lingwa tal-kawża:il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: CL (Brussell, il-Belgju) (rappreżentanti: S. Orlandi, J.-N. Louis u D. Abreu Caldas, avukati)

Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (AEEA) (rappreżentanti: O. Cornu, aġent, B. Wägenbaur, avukat)

SuġġettTalba għall-annullament tad-deċiżjoni li tintegra mill-ġdid lir-rikorrent sussegwentement għal leave tal-mard wara d-data li fiha seta’ jerġa’ jibda jaħdem skont l-opinjonijiet mediċi.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.CL għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess u għandu jiġi kkundannat għall-ispejjeż sostnuti mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent.