Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-15 ta’ Lulju 2014 – Montagut Viladot vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-160/12) 1

(Servizz pubbliku – Kompetizzjoni – Avviż ta’ kompetizzjoni EPSO/AD/206/11 (AD 5) – Nuqqas ta’ inklużjoni fil-lista ta’ riżerva – Kundizzjonijiet ta’ eleġibbiltà tal-kandidati – Rikonoxximent tad-diplomi)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Bernat Montagut Viladot (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: inizjalment F. A. Rodriguez-Gigirey Perez, sussegwentement F. A. Rodriguez-Gigirey Perez u J. A. Simón Sánchez, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment B. Eggers u L. Banciella u G. Gattinara, sussegwentement B. Eggers u I. Galindo Martin u G. Gattinara, aġenti)

Suġġett tal-kawżaIt-talba għall-annullament tad-deċiżjoni li r-rikorrent ma jiġix inkluż fil-lista ta’ riżerva tal-kompetizzjoni EPSO/AD/206-207/11-AD5/AD7.Dispożittiv tas-sentenzaIr-rikors huwa miċħud.Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess u hija kkundannata tħallas l-ispejjeż ta’ B. Montagut Viladot.