Language of document :

Rikors ippreżentat fid-9 ta' Frar 2010 - Geemarc Telecom vs UASI - Audioline (AMPLIDECT)

(Kawża T-59/10)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Geemarc Telecom International Ltd (Wanchai, Hong Kong) (rappreżentant: G. Farrington, solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Audioline GmbH (Neuss, il-Ġermanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade Marks u Disinni, tal-20 ta' Novembru 2009, fil-Każ R 913/2009-2; u

tikkundanna lill-konvenut u l-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità: It-trade mark "AMPLIDECT" għal prodotti fil-klassijiet 9 u 16

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark Komunitarja: Il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: Talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell milqugħ u għalhekk, it-trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità ġiet annullata

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell: (i) naqas milli jieħu inkunsiderazzjoni li l-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell ma kinitx ippreżentat provi dwar in-nuqqas ta' karattru distintiv tat-trade mark Komunitarja rreġistrata, li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità; u (ii) naqas milli jieħu inkunsiderazzjoni li t-trade mark Komunitarja rreġistrata, li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità, kisbet karattru iktar distintiv permezz tal-użu magħmul minnha; il-Bord tal-Appell naqas milli jillimita ruħu għal evalwazzjoni tal-provi u l-argumenti ppreżentati mill-partijiet fiż-żmien stipulat mill-Bord tal-Appell.

____________