Language of document :

Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Diċembru 2023 – Spin Master Toys UK vs EUIPO – Verdes Innovations (Forma ta’ sitt faċċati irranġati fi tliet pari paralleli)

(Kawża T-1170/23)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Spin Master Toys UK Ltd (Marlow, ir-Renju Unit) (rappreżentant: V. von Bomhard u A. Malkmes, lawyers)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Verdes Innovations SA (Corinthos, il-Greċja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark tridimensjonali tal-Unjoni (Forma ta’ sitt faċċati irranġati fi tliet pari paralleli) – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 9 975 681

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ kanċellazzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-20 ta’ Ottubru 2023 fil-Każ R 853/2022-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO u lill-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell, fil-każ li tintervjeni, għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1)(e)(ii) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 40/94.

____________