Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Diċembru 2023 – Richards Brothers Group vs EUIPO – Masia Puigmoltó (EL CABRÓN)
(Kawża T-1168/23)
Lingwa tar-rikors: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Richards Brothers Group (il-Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: T. de Haan u V. Wellens, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Masia Puigmoltó, SL (Castellet i la Gornal, Spanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea “EL CABRÓN” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 480 398
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-5 ta’ Ottubru 2023 fil-Każ R 257/2023-4
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
tikkundanna lill-EUIPO u lill-intervenjenti għall-ispejjeż, inkluż l-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti għall-finijiet tal-proċedura quddiem ir-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju.
Motiv invokat
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
____________