Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta' Mejju 2013 - Reber vs UASI - Klusmeier (Wolfgang Amadeus Mozart PREMIUM)

(Kawża T-530/10) 

["Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Wolfgang Amadeus Mozart PREMIUM - Trade marks nazzjonali figurattivi preċedenti W. Amadeus Mozart - Nuqqas ta' użu ġenwin tat-trade mark preċedenti - L-ewwel subparagrafu u t-tieni subparagrafu (a) tal-Artikolu 15(1) u l-Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009"]

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Reber Holding GmbH & Co. KG (Bad Reichenhall, il-Ġermanja) (rappreżentanti: O. Spuhler u M. Geitz, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment R. Manea, sussegwentement D. Walicka, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Anna Klusmeier (Bielefeld, il-Ġermanja) (rappreżentant: G. Schmitt-Gaedke, avukat)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI tal-14 ta' Settembru 2010 (Każ R 363/2008-4), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Reber Holding GmbH & Co KG u Anna Klusmeier.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Reber Holding GmbH & Co KG hija kkundannata għall-ispejjeż, inklużi l-ispejjeż indispensabbli sostnuti minn Anna Klusmeier għall-finijiet tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI).

____________

1 - ĠU C 30, 29.01.2011.