Language of document : ECLI:EU:F:2014:191

DIGRIET TAL-PRESIDENT TAL-EWWEL AWLA TAT-TRIBUNAL GĦAS-SERVIZZ PUBBLIKU TAL-UNJONI EWROPEA

14 ta’ Lulju 2014

Kawża F‑3/14

DJ

vs

L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà fl-Avjazzjoni (AESA)

“Ftehim bonarju dwar it-tilwima — Artikolu 69(1) tar-Regoli tal-Proċedura — Talba tal-partijiet ta’ ftehim bonarju — Ftehim tal-partijiet — Tħassir tal-kawża”

Suġġett:      Rikors ippreżentat skont l-Artikolu 270 TFUE, li permezz tiegħu DJ jitlob, b’mod partikolari, l-annullament tad-deċiżjoni tat-12 ta’ Marzu 2013 li permezz tagħha l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà fl-Avjazzjoni (AESA) ġeddet il-kuntratt tiegħu għal tul ta’ sena biss.

Deċiżjoni:      Il-Kawża F‑3/14 hija mħassra mir-Reġistru tat-Tribunal wara l-ftehim li sar bejn DJ u l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà fl-Avjazzjoni. DJ u l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà fl-Avjazzjoni għandhom ibatu l-ispejjeż skont il-ftehim tagħhom.

Sommarju

Rikors tal-uffiċjali — Ftehim bonarju dwar it-tilwima quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku — Tħassir tal-kawża mir-reġistru

(Regoli tal-Proċedura tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, Artikolu 69(1))

(ara l-punti 2 u 4)