Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fis-6 ta’ Jannar 2022 – RF vs Finanzamt G

(Kawża C-15/22)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Appellant: RF

Appellat: Finanzamt G

Domanda preliminari

Id-dispożizzjonijiet moqrija flimkien tal-Artikolu 4(3) tat-Trattat UE u tal-Artikoli 208 u 210 tat-Trattat FUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu prassi amministrattiva nazzjonali li abbażi tagħha ma jkunx hemm rinunzja għat-taxxa jekk proġett ta’ kooperazzjoni għall-iżvilupp ikun iffinanzjat mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp filwaqt li, taħt ċerti kundizzjonijiet, ikun hemm rinunzja għat-taxxa fuq is-salarju li l-ħaddiem jirċievi abbażi ta’ kuntratt tax-xogħol għal attività marbuta mal-għajnuna pubblika għall-iżvilupp ipprovduta mill-Ġermanja fil-kuntest tal-kooperazzjoni teknika jew finanzjarja, li hija tal-inqas 75 % iffinanzjata minn ministeru federali responsabbli għall-kooperazzjoni għall-iżvilupp jew minn kumpannija privata tal-għajnuna għall-iżvilupp li hija proprjetà tal-Istat?

____________