Language of document : ECLI:EU:T:2014:566





Digriet tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tal-10 ta’ Ġunju 2014 –

Gruppo Norton vs UASI – Marín Nicolás (Gruppo Norton S.r.l.)

(Kawża T‑427/13)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva Gruppo Norton S.r.l. – Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti NORTON HISPAŃO – Regola 49(1) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95 u Artikolu 60 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Inammissibbiltà tal-appell quddiem il-Bord tal-Appell – Rikors manifestament infondat fid-dritt”

Proċedura ġudizzjarja – Deċiżjoni meħuda permezz ta’ digriet motivat – Kundizzjonijiet – Rikors manifestament inammissibbli jew manifestament infondat fid-dritt – Motivi ineffettivi (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 111) (ara l-punti 20, 21)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-31 ta’ Mejju 2013 (Każ R 341/2013‑4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Victoriano Marín Nicolás u Gruppo Norton Srl.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Gruppo Norton Srl hija kkundannata għall-ispejjeż.