Language of document :

Digriet tal-President tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-26 ta' Settembru 2008 - Ellinikos Niognomon vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-312/08 R)

("Proċeduri għal miżuri provviżorji - Direttiva 94/57/KE -Regoli u standards komuni għall-organizzazzjonijiet inkarigati mill-ispezzjoni u l-perizja tal-bastimenti - Irtirar tar-rikonoxximent mogħti lil tali organizzazzjoni - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Inammissibbiltà)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Ellinikos Niognomon AE (Pirée, il-Greċja) (rappreżentanti: S. Pappas, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: H. Krämer u N. Yerrell, aġenti)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni ta' ittra tal-Kummissjoni li rtirat ir-rikonoxximent mogħti lir-rikorrenti skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/623/KE, tat-3 ta' Awwissu 2005, dwar l-estensjoni tar-rikonoxximent limitat ta' Hellenic Register of Shipping (Ellinikos Niognomon AE) (ĠU L 219, p. 43).

Dispożittiv

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

L-ispejjeż huma rriżervati.

____________