Language of document :

Rikors ippreżentat fil-5 ta' Awwissu 2008 - Fitoussi vs UASI - Loriot (IBIZA REPUBLIC)

(Kawża T-311/08)

Lingwa tar-rikors: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Paul Fitoussi (Vincennes, Franza) (rappreżentanti: K. Manhaeve, T. van Innis u G. Glas, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Bernadette Nicole J. Loriot (Ibiza, Spanja)

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern tas-7 ta' Mejju 2008 fil-każ R 1135/2007-2;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Bernadette Nicole J. Loriot

Trade mark Komunitarja kkonċernata: Trade mark figurattiva "IBIZA REPUBLIC" għal prodotti fil-klassijiet 21, 41, 43 - Applikazzjoni Nru 3 868 072

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn tal-oppożizzjoni: Ir-rikorrent

Trade mark jew sinjal invokat in sostenn tal-oppożizzjoni: Trade mark figurattiva nazzjonali fil-forma ta' stilla b'ħames ponot imdawwra b'ċirku, għal prodotti fil-klassi 25

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Ċaħda tal-oppożizzjoni

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Ċaħda tal-appell

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, peress li (i) it-trade mark preċedenti għandha tiġi analizzata bħala stampa ta' stilla b'ħames ponot imdawwra b'ċirku u mhux biss bħala stilla, (ii) it-trade mark preċedenti hija trade mark intrinsikament b'saħħitha u mhux trade mark b'karattru distintiv dgħajjef u (iii) l-element grafiku tat-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni jiddomina l-element verbali u mhux bil-kontra.

____________