Language of document :

Rikors ippreżentat fit-8 ta' Awwissu 2008 - BSH Bosch u Siemens Hausgeräte vs UASI (executive edition)

(Kawża T-310/08)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: BSH Bosch u Siemens Hausgeräte GmbH (Munich, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. Biagosch, Rechtsanwalt)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni ta' l-Ewwel Bord ta' l-Appell ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-5 ta' Ġunju 2008 (Każ R 845/2007-1);

tikkundanna lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) għall-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mir-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali "executive edition" għal prodotti fil-klassijiet 7, 9 u 11 (Applikazzjoni Nru 4 908 182).

Deċiżjoni ta' l-eżaminatur: l-applikazzjoni hija miċħuda.

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: l-appell huwa miċħud.

Motivi invokati: ksur ta' l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/941, billi t-trade mark li għaliha saret applikazzjoni għandha l-karattru distintiv minimu mitlub.

____________

1 - Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, ta' l-20 ta' Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 1994, L 11, p. 1).