Language of document : ECLI:EU:T:2010:22





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tal-21 ta’ Jannar 2010 – G-Star Raw Denim vs UASI – ESGW (G Stor)

(Kawża T‑309/08)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva G Stor – Trade marks nazzjonali u Komunitarji verbali u figurattivi preċedenti G-STAR u G-STAR RAW DENIM – Raġuni relattiva għal rifjut – Nuqqas ta’ xebh bejn it-trade marks – Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah li għandha reputazzjoni - Protezzjoni tat-trade mark preċedenti li għandha reputazzjoni estiża għall-prodotti jew servizzi li ma jixxibhux (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(5)) (ara l-punti 25, 36, 38)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-14 ta’ April 2008 (R 1232/2007‑1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn G-Star Raw Denim kft u ESGW Holdings Ltd.

Informazzjoni dawr il-kawża

Applikant għat-trade mark Komunitarja:

ESWG Holdings Ltd

Trade mark Komunitarja kkonċernata:

Trade mark figurattiva G Stor għal prodotti fil-klassi 9

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:

G-Star Raw Denim kft

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:

Trade mark verbali G‑Star irreġistrata fil-Benelux bin-Nru 545551 għal prodotti fil-klassi 25; trade mark verbali figurattiva G‑STAR irreġistrata bħala trade mark Komunitarja Nru 3445401 għal prodotti fil-klassijiet 9 u 25; trade mark verbali figurattiva G‑STAR irreġistrata bħala trade mark Komunitarja Nru 3444262 għal prodotti fil-klassijiet 9 u 25; trade mark preċedentement magħrufa G‑Star, protetta f’diversi pajjiżi għal prodotti fil-klassi 25; trade mark Komunitarja G‑Star Raw Denim irreġistrata bin‑Nru 3444171 għal prodotti fil‑klassijiet 9 u 35; denominazzjoni kummerċjali Olandiża G‑Star International BV

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni:

Oppożizzjoni milqugħha talba miċħuda fl-intier tagħha

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:

Deċiżjoni appellata annullata u oppożizzjoni miċħuda


Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

G‑Star Raw Denim kft hija kkundannata għall-ispejjeż.