Language of document :

Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Settembru 2013 – Systran vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-481/13)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Systran SA (Pariġi, Franza) (rappreżentant: J. Hoss, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjonijiet tal-5 ta’ Lulju 2013 u tal-21 ta’ Awwissu 2013 meħudin mill-Kummissjoni Ewropea, alternattivament mill-Unjoni Ewropea ;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea u l-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz ta’ dan ir-rikors, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li permezz tagħhom hija pproċediet, wara s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-18 ta’ April 2013, Il-Kummissjoni vs Systran u Systran Luxembourg (C-103/11 P, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), għall-irkupru tal-interessi kumpensatorji flimkien mal-interessi moratorji mid-19 ta’ Awwissu 2013 fuq l-ammont li l-Kummisjoni kienet ħallset lir-rikorrenti bħala danni wara s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Diċembru 2010, Systran u Systran Luxembourg vs Il-Kummissjoni (T-19/07, Ġabra p. II-6083), annullata permezz tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja.

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tlett motivi.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq in-nuqqas ta’ kompetenza tal-Kummissjoni sabiex tieħu d-deċiżjonijiet ikkontestati, sa fejn il-Kummissjoni ma kellhiex il-kompetenza sabiex tagħti interessi kumpensatorji lilha nnfisha, peress li dawn l-interessi jistgħu jingħataw biss minn qorti peress li dawn ikollhom l-għan li jagħmlu tajjeb għal dannu li jirriżulta min-nuqqas ta’ eżekuzzjoni minn parti tal-obbligi tagħha. Ir-rikorrenti ssostni li l-għoti tal-interessi kumpensatorji ma jaqawx fil-likwidazzjoni tal-effetti ta’ sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja.It-tieni motiv huwa bbażat fuq ksur tal-prinċipji ġenerali tad-dritt Ewropew, kemm fir-rigward tal-għoti tal-interessi kif ukoll fir-rigward tal-prinċipju ġenerali tal-projbizzjoni tal-arrikkiment indebitu. Ir-rikorrenti ssostni li :il-Kummissjoni kisret il-prinċipju ġenerali tad-dritt Ewropew alternattivament il-prinċipju komuni għall-Istati Membri dwar l-għoti ta’ interessi kumpensatorji , fl-assenza totali ta’ fatt dannuż imputabbli lir-rikorrenti ;il-Kummissjoni kisret il-prinċipju ġenerali tal-projbizzjoni tal-arrikkiment indebitu billi tefgħet ir-responsabbiltà ta’ persuna ġuridika rreġsitrata taħt id-dritt privat, obbligu mhux previst mit-trattati u, fi kwalunkwe każ, fir-rigward tal-evalwazzjoni tal-ammont ta’ interessi, billi tat lilha nnifisha ammont ta’ interessi f’daqqa miżjud bi 2 % minħabba l-inflazzjoni.It-tielet motiv huwa ibbażat fuq użu ħażin ta’ poter imwettaq mill-Kummissjoni, sa fejn hi ma setgħetx tibbaża ruħha fuq l-Artikolu 299 TFUE sabiex titlob l-ħlas ta’ interessi kumpensatorji f

l-assenza ta’ bażi legali li tagħtiha din il-kompetenza u ta’ deċiżjoni ġudizzjarja li tikkundanna lir-rikorrenti biex tħallashom.