Rikors ippreżentat fid-29 ta' Lulju 2011 - Biotronik SE vs UASI - Cardios Sistemas (CARDIO MANAGER)
(Kawża T-416/11)
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Biotronik SE & Co. KG (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Reich u S. Pietzcker, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Cardios Sistemas Comercial e Industrial Ltdª (São Paulo, il-Brażil)
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-27 ta' Mejju 2011 fil-Każ R 1156/2010-2;
tilqa' l-oppożizzjoni kontra l-applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 5 378 071 għall-prodotti kollha fil-klassijiet 9 u 10;
sussidjarjament, tirrinvija l-oppożizzjoni quddiem l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern sabiex tiġi kkunsidrata mill-ġdid b'mod konformi mas-sentenza tal-Qorti Ġenerali;
tikkundanna lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikanti għat-trade mark Komunitarja: Cardios Sistemas Comercial e Industrial Ltdª
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali "CARDIO MANAGER" għal prodotti fil-klassijiet 9 u 10 - Applikazzjoni Nru 5 378 071
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti
Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali "CardioMessenger" għal prodotti fil-klassijiet 9 u 10
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: minn naħa, ksur tal-Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009 flimkien mar-Regola 22(3) u (4) tar-Regolament Nru 2868/95, minħabba li prova tal-post, taż-żmien, kif ukoll tal-portata u tan-natura tal-użu tat-trade mark "CardioMessenger" ġiet prodotta, u min-naħa l-oħra, ksur tal-Artikoli 8(1)(b) u 41 tar-Regolament Nru 207/2009, billi bejn it-trade marks kunfliġġenti hemm probabbiltà ta' konfużjoni
____________