Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta' Settembru 2011 - Olive Line International vs UASI - Knopf (O-live)

(Kawża T-485/07) 1

["Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva O-live - Isem kummerċjali preċedenti Olive line - Raġuni relattiva għal rifjut - Artikolu 8(4) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(4) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009] - Dritt li jiġi pprojbit l-użu ta' trade mark iktar reċenti - Probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 7 tal-liġi dwar it-trade marks Spanjola u l-Artikolu 8(1) tar-Regolament Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1) tar-Regolament Nru 207/2009]"]

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Olive Line International, SL (Madrid, Spanja) (rappreżentant: P. Koch Moreno, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: S. Schäffner u B. Schmidt, aġenti)

Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Reinhard Knopf (Malsch, il-Ġermanja) (rappreżentant: W. Weber, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tas-26 ta' Settembru 2007 (Każ R 1478/2006-2), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Olive Line International, SL u Reinhard Knopf.

Dispożittiv

Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tas-26 ta' Settembru 2007 (Każ R 1478/2006-2) hija annullata.

L-UASI huwa kkundannat għall-ispejjeż.

Reinhard Knopf għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.

____________

1 - ĠU C 51, 23.02.2008.