Language of document : ECLI:EU:T:2011:467





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tal-14 ta’ Settembru 2011 – Olive Line International vs UASI – Knopf (O-live)

(Kawża T-485/07)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva O-live – Isem kummerċjali preċedenti Olive line – Raġuni relattiva għal rifjut – Artikolu 8(4) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(4) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009] – Dritt li jiġi pprojbit l-użu ta’ trade mark iktar reċenti – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 7 tal-liġi Spanjola dwar it-trade marks u Artikolu 8(1) tar-Regolament Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1) tar-Regolament Nru 207/2009]”

1.                     Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark mhux irreġistrata jew ta’ sinjal ieħor li huwa użat fil-kummerċ - Kundizzjonijiet - Interpretazzjoni fid-dawl tad-dritt Komunitarju - Evalwazzjoni fid-dawl ta’ kriterji stabbiliti mid-dritt nazzjonali li jirregola s-sinjal invokat (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(4)) (ara l-punti 49-51)

2.                     Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark mhux irreġistrata jew ta’ sinjal ieħor li huwa użat fil-kummerċ (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(4)) (ara l-punti 67, 103-107)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tas-26 ta’ Settembru 2007 (Każ R 1478/2006‑2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Olive Line International, SL u Reinhard Knopf.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tas-26 ta’ Settembru 2007 (Każ R 1478/2006‑2) hija annullata.

2)

L-UASI huwa kkundannat għall-ispejjeż.

3)

Reinhard Knopf għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.