Language of document :

Rikors ippreżentat fil-21 ta' Diċembru 2007 - Olive Line International vs L-UASI - Knopf (o-live)

(Kawża T-485/07)

(Lingwa tal-preżentazzjoni tar-rikors: L-Ingliż)

Partijiet

Rikorrenti: Olive Line International, SL (Madrid, Spanja) (rappreżentant: P. Koch Moreno, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell : Reinhard Knopf (Malsch, Il-Ġermanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara li d-deċiżjoni tas-26 ta' Settembru 2007 tat-Tieni Bord ta' l-Appell ta' l-UASI li tiċħad l-appell kontra l-għoti tat-trade mark Komunitarja Nru 3 219 193 bħala inkompatibbli mar-Regolament KE Nru 40/94 dwar it-trade mark Komunitarja;

tikkundanna lill-UASI, u fejn huwa xieraq, il-parti l-oħra fil-kawża, ibatu l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Reinhard Knopf

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark figurattiva "o-live" għal prodotti fil-klassijiet 29, 30, 31 u 33 - Applikazzjoni Nru 3 219 193

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: ir-rikorrent

Trade mark jew sinjal invokat: It-trade mark nazzjonali "Olive lines" għal attivitajiet ta' negozju intiż bħala intermedjarju tal-kummerċ

Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni: ċaħdet l-oppożizzjoni fl-intier tagħha

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: ċaħad l-appell

Motivi invokati: Ksur ta' l-Artikolu 8(1)(b) u (4) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, peress li hemm probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade mark preċedenti mhux irreġistrata, li m'għandhiex biss sinjifikat lokali, u t-trade mark li għaliha saret applikazzjoni għal reġistrazzjoni.

____________