Language of document :

Rikors ippreżentat fl-20 ta' Frar 2013 - Toshiba vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-104/13)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Toshiba Corp. (Tokjo, il-Ġappun) (rappreżentant: J. MacLennan, Solicitor, J. Jourdan, A. Schulz u P. Berghe, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla l-Artikolu 1(2)(d) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta' Diċembru 2012, fil-Każ COMP/39.437 - Tubi katodiċi għal televiżjoni u monitors tal-kompjuter;

tannulla l-Artikolu 1(2)(e) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta' Diċembru 2012, fil-Każ COMP/39.437 - Tubi katodiċi għal televiżjoni u monitors tal-kompjuter;

tannulla l-Artikolu 2(2)(g) tad-deċiżjoni kkontestata jew sussidjarjament tnaqqas il-multa skont kif jitqies li huwa xieraq mill-Qorti Ġenerali;

tannulla l-Artikolu 2(2)(h) tad-deċiżjoni kkontestata jew sussidjarjament tannulla l-Artikolu 2(2)(h) sa fejn Toshiba tinżamm responsabbli flimkien u in solidum jew sussidjarjament tnaqqas il-multa skont kif jitqies li huwa xieraq mill-Qorti Ġenerali;

tadotta provvedimenti ulterjuri skont kif jitqies li huwa xieraq fiċ-ċirkustanzi tal-każ;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka sitt motivi.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq żball tad-deċiżjoni kkontestata billi sabet lil Toshiba Corporation responsabbli għall-ksur tal-Artikolu 101 TFUE għall-perijodu mis-16 ta' Mejju 2000 sal-11 ta' April 2002.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq żball tad-deċiżjoni kkontestata billi sabet lil Toshiba Corporation responsabbli għall-ksur tal-Artikolu 101 TFUE għall-perijodu mit-12 ta' April 2002 sal-31 ta' Marzu 2003;

It-tielet motiv huwa bbażat fuq żball tad-deċiżjoni kkontestata billi sabet lil Toshiba Corporation responsabbli għall-ksur tal-Artikolu 101 TFUE għall-perijodu mill-1 ta' April 2003 sat-12 ta' Ġunju 2006.

Ir-raba' motiv huwa bbażat fuq żball tad-deċiżjoni kkontestata billi sabet lil Toshiba Corporation responsabbli flimkien u in solidum għall-parteċipazzjoni ta' Matsushita Toshiba Picture Display Co., Ltd. (iktar 'il quddiem, "MTPD") fil-ksur għall-perijodu mill-1 ta' April 2003 sat-12 ta' Ġunju 2006.

Sussidjarjament għar-raba' motiv, il-ħames motiv huwa bbażat fuq żball tad-deċiżjoni kkontestata billi sabet lil MTPD responsabbli talli pparteċipat fil-ksur għall-perijodu mill-1 ta' April 2003 sat-12 ta' Ġunju 2006.

Is-sitt motiv huwa bbażat fuq żball tad-deċiżjoni kkontestata billi imponiet multa fl-Artikoli 2(2)(g) u 2(2)(h) jew, sussidjarjament, fuq żball tad-deċiżjoni kkontestata fil-kalkolu ta' dawn il-multi.

____________