Language of document :

Rikors ippreżentat fl-14 ta' Lulju 2008 - Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq

(Kawża C-312/08)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: H. Støvlbæk, Aġent)

Konvenut: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq

Talbiet

tiddikjara li, billi naqas milli jadotta l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Kunsill 2006/100/KE, ta' l-20 ta' Novembru 2006, li tadatta ċerti direttivi fil-qasam tal-libertà ta' moviment tal-persuni, minħabba l-adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija 1, jew, f'kull każ billi naqas milli jikkomunikahom lill-Kummissjoni, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u ta' l-Irlanda ta' Fuq naqas mill-obbligi tiegħu taħt din id-direttiva ;

tikkundanna lir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-perijodu sa meta d-direttiva kellha tiġi trasposta skada fl-1 ta' Jannar 2007.

____________

1 - ĠU L 363, p. 141