Language of document :

Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Awwissu 2021 – Philip Morris Products vs EUIPO (Apparat li fih kombinazzjoni ta’ linji suwed u bojod li jifformaw kwadrat)

(Kawża T-502/21)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Philip Morris Products SA (Neuchâtel, l-Isvizzera) (rappreżentant: L. Alonso Domingo, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: l-applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea (Apparat li fih kombinazzjoni ta’ linji suwed u bojod li jifformaw kwadrat) – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 252 146

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-26 ta’ Mejju 2021 fil-Każ R 78/2021-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż tiegħu u għal dawk tar-rikorrenti.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill minħabba li evalwa l-perċezzjoni tal-konsumaturi rilevanti b’mod żbaljat;

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għal dak li jirrigwarda t-trade mark inkwistjoni.

____________