Language of document : ECLI:EU:T:2015:317





Digriet tal-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) tal-21 ta’ Mejju 2015 —
APRAM vs Il-Kummissjoni

(Kawża T‑403/13)

“Rikors għal annullament — Fond ta’ koeżjoni — Regolament (KE) Nru 1164/94 — Tnaqqis tal-għajnuna finanzjarja — Nuqqas ta’ interess dirett — Inammissibbiltà”

1.                     Rikors għal annullament — Persuni fiżiċi jew ġuridiċi — Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment — Inċidenza diretta — Kriterji — Deċiżjoni tal-Kummissjoni, mibgħuta lil Stat Membru, li tħassar għajnuna finanzjarja tal-Fond ta’ koeżjoni — Deċiżjoni li ma timponix li jiġu rkuprati somom imħallsa mingħand benefiċjarji finali — Assenza ta’ marġni ta’ evalwazzjoni tal-Istat Membru kkonċernat fir-rigward tal-irkupru tal-imsemmija ammonti li jirriżulta mid-dritt nazzjonali — Rikors ippreżentat mill-entità responsabbli għat-twettiq tal-proġett ikkonċernat — Assenza ta’ interess dirett — Inammissibbiltà (Artikolu 263(4) TFUE) (ara l-punti 35, 36, 40-43, 48-51, 68)

2.                     Unjoni Ewropea — Stħarriġ ġudizzjarju tal-legalità tal-atti tal-istituzzjonijiet — Atti li jeħtieġu miżuri nazzjonali ta’ applikazzjoni — Possibbiltà għall-persuni fiżiċi jew morali li jirrikorru għal rinviju preliminari għall-evalwazzjoni tal-validità — Obbligu tal-Istati Membri li jistabbilixxu l-mezzi ta’ rikors neċessarji sabiex jiżguraw protezzjoni ġuridika effettiva (Artikolu 4(3) TUE; Artikoli 263(4) TFUE u 267 TFUE) (ara l-punti 65, 67)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2013) 1870, tas-27 ta’ Marzu 2013, dwar tnaqqis tal-għajnuna mogħtija mill-Fond ta’ Koeżjoni għall-proġett “Żvilupp tal-infrastruttura portwarja tar-Reġjun Awtonomu ta’ Madeira – Port ta’ Caniçal”, Madeira (il-Portugall).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

APRAM – Administração dos Portos da Região Autónoma da Madeira, SA għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.