Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta' Novembru 2011 - Birkhoff vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-10/11 P) 

(Appell - Servizz Pubbliku - Uffiċjali - Allowances tal-familja - Allowance għal wild dipendenti - Wild milqut minn diżabbiltà li timpedih milli jipprovdi għall-bżonnijiet tiegħu - Rifjut ta' proroga tal-ħlas tal-allowance)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellanti: Gerhard Birkhoff (Weitnau, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Inzillo, avukat)

Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u B. Eggers, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)

Suġġett

Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla) tas-27 ta' Ottubru 2010, Birkhoff vs Il-Kummissjoni (F-60/09, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), intiż għall-annullament ta' din is-sentenza.

Dispożittiv

Is-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla) tas-27 ta' Ottubru 2010, Birkhoff vs Il-Kummissjoni (F-60/09, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), hija annullata.

Il-kawża hija mibgħuta lura quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku.

L-ispejjeż huma riżervati.

____________

1 - ĠU C 55, 19.02.2011.