Language of document : ECLI:EU:T:2013:470





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tas-16 ta’ Settembru 2013 –
Bank Kargoshaei et vs Il-Kunsill

(Kawża T‑8/11)

“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Iran bil-għan li tiġi evitata l-proliferazzjoni nukleari — Iffriżar ta’ fondi — Obbligu ta’ motivazzjoni — Drittijiet tad-difiża — Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva — Aspettattivi leġittimi — Eżami mill-ġdid tal-miżuri restrittivi adottati — Żball ta’ evalwazzjoni — Ugwaljanza fit-trattament — Bażi legali — Forom proċedurali sostanzjali — Proporzjonalità — Dritt għall-proprjetà”

1.                     Proċedura ġudizzjarja — Atti li jħassru u jissostitwixxu fil-mori tal-kawża l-atti kkontestati — Talba għal adattament tat-talbiet għal annullament ifformulata fil-mori tal-kawża — Terminu għat-tressiq ta’ tali talba — Bidu tad-dekorrenza — Data ta’ notifika tal-att il-ġdid lill-partijiet ikkonċernati (is-sitt paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE; Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/783/PESK; Regoli tal-Kunsill Nru 1245/2011 u Nru 267/2012) (ara l-punti 38, 40-42)

2.                     Proċedura ġudizzjarja — Deċiżjoni li fil-mori tal-kawża tissostitwixxi d-deċiżjoni kkontestata, li sadanittant ġiet revokata — Ammissibbiltà ta’ talbiet ġodda — Limiti — Atti ipotetiċi li għadhom ma ġewx adottati (ara l-punt 47)

3.                     Dritt tal-Unjoni Ewropea — Drittijiet fundamentali — Kamp ta’ applikazzjoni ratione personae — Persuni ġuridiċi li jikkostitwixxu emanazzjonijiet ta’ Stati terzi — Inklużjoni — Responsabbiltà tal-Istat terz għar-rispett tad-drittijiet fundamentali fit-territorju tiegħu stess — Assenza ta’ effett (Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 17, 41 u 47) (ara l-punti 51, 53, 55, 58)

4.                     Atti tal-istituzzjonijiet — Motivazzjoni — Obbligu — Portata — Miżuri restrittivi kontra l-Iran — Iffriżar ta’ fondi ta’ persuni, entitajiet jew organi li jipparteċipaw fi jew li jsostnu l-proliferazzjoni nukleari — Obbligu ta’ komunikazzjoni tal-motivazzjoni lill-persuna kkonċernata fl-istess waqt tal-adozzjoni tal-att li jikkawżalha preġudizzju jew immedjatament wara — Limiti — Sigurtà tal-Unjoni u tal-Istati Membri jew tmexxija tar-relazzjonijiet internazzjonali tagħhom — Dritt ta’ aċċess għad-dokumenti suġġett għal talba lill-Kunsill f’dan is-sens (it-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE; Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, Artikolu 24(3); Regolamenti tal-Kunsill Nru 423/2007, Artikolu 15(3), Nru 961/2010, Artikolu 36(3) u Nru 267/2012, Artikolu 46(3)) (ara l-punti 62-64, 67, 68, 82, 83, 89)

5.                     Unjoni Ewropea — Stħarriġ ġudizzjarju tal-legalità tal-atti tal-istituzzjonijiet — Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Iran fil-kuntest tal-ġlieda kontra l-proliferazzjoni nukleari — Iffriżar tal-fondi tal-persuni, entitajiet jew organi li jipparteċipaw jew jappoġġaw il-proliferazzjoni nukleari — Obbligu ta’ komunikazzjoni tal-provi kontra fl-istess waqt bħall-adozzjoni tal-att li jikkawża preġudizzju jew immedjatament wara (ara l-punt 69)

6.                     Dritt tal-Unjoni Ewropea — Prinċipji — Drittijiet tad-difiża — Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Iran fil-kuntest tal-ġlieda kontra l-proliferazzjoni nukleari — Dritt għal smigħ formali minn qabel — Assenza (Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, Artikolu 24(3); Regolamenti tal-Kunsill Nru 423/2007, Artikolu 15(3), Nru 961/2010, Artikolu 36(3) u Nru 267/2012, Artikolu 46(3)) (ara l-punt 96)

7.                     Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Iran fil-kuntest tal-ġlieda kontra l-proliferazzjoni nukleari — Iffriżar ta’ fondi ta’ persuni, entitajiet jew organi li jipparteċipaw fi jew li jsostnu l-proliferazzjoni nukleari — Stħarriġ ġudizzjarju tal-legalità — Portata — Tqassim tal-oneru tal-prova — Deċiżjoni bbażata fuq informazzjoni pprovduta minn Stati Membri u li ma hijiex komunikabbli lill-qorti tal-Unjoni — Inammissibbiltà (Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2010/644/PESK u 2011/783/PESK; Regolamenti tal-Kunsill Nru 423/2007, Nru 961/2010 u Nru 267/2012) (ara l-punti 113, 114, 116, 117)

8.                     Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Iran fil-kuntest tal-ġlieda kontra l-proliferazzjoni nukleari — Portata — Fondi u riżorsi ta’ stabbiliment stabbilit fi Stat terz — Esklużjoni — Limiti — Fondi implikati fl-operazzjonijiet kummerċjali mwettqa kompletament jew parzjalment fl-Unjoni (Regolamenti tal-Kunsill Nru 423/2007, Artikolu 18, Nru 961/2010, Artikolu 39 u Nru 267/2012, Artikolu 49) (ara l-punti 125-127)

9.                     Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Iran fil-kuntest tal-ġlieda kontra l-proliferazzjoni nukleari — Għażla tal-bażi legali — L-Artikolu 215 TFUE pjuttost milli l-Artikolu 75 TFUE bħala bażi (Artikoli 75 TFUE u 215 TFUE; Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/644/PESK; Regolament tal-Kunsill Nru 961/2010) (ara l-punti 154-157, 160-168)

10.                     Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Iran fil-kuntest tal-ġlieda kontra l-proliferazzjoni nukleari — Għażla tal-bażi legali — Miżuri li jmorru lil hinn minn dawk deċiżi mill-Kunsill tan-Nazzjonijiet Uniti — Assenza ta’ effett — Assenza ta’ ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità (Artikolu 29 TUE; Artikolu 215 TFUE; Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK) (ara l-punti 163, 175-177)

11.                     Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Deċiżjoni adottata fil-kuntest tat-Trattat UE — Obbligu tal-Kunsill li jadotta miżuri restrittivi ta’ implementazzjoni — Assenza (Artikolu 29 TUE; Artikolu 215 TFUE; Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK; Regolament tal-Kunsill Nru 961/2010) (ara l-punti 186, 187, 190)

Suġġett

Minn naħa, talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/644/PESK, tal-25 ta’ Ottubru 2010, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK (ĠU L 281, p. 81), tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 961/2010, tal‑25 ta’ Ottubru 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 423/2007 (ĠU L 281, p. 1), tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/783/PESK, tal‑1 ta’ Diċembru 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK (ĠU L 319, p. 71), tar-Regolament ta’ Implementazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1245/2011, tal‑1 ta’ Diċembru 2011, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 961/2010 (ĠU L 319, p. 11), u tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 276/2012, tat‑23 ta’ Marzu 2012, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010 (ĠU L 88, p. 1), u, min-naħa l-oħra, talba għall-annullament ta’ kull regolament futur jew ta’ kull deċiżjoni futura li tikkompleta jew li temenda wieħed mill-atti kkontestati li jkun fis-seħħ fid-data ta’ għeluq tal-proċedura orali.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk sostnuti mill-Bank Kargoshaei, mill-Bank Melli Iran Investment Company, mill-Bank Melli Iran Printing and Publishing Company, mis-Cement Investment & Development Co., mill-Mazandaran Cement Company, mill-Melli Agro‑chemical Company u mix‑Shomal Cement Co.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.