Language of document : ECLI:EU:T:2013:401





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tas-6 ta’ Settembru 2013 —
Iran Insurance vs Il-Kunsill

(Kawża T‑12/11)

“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi adottati fil-konfront tal-Iran bil-għan li titwaqqaf il-proliferazzjoni nukleari — Iffriżar tal-fondi — Bażi legali — Ksur tad-dritt internazzjonali — Obbligu ta’ motivazzjoni — Drittijiet tad-difiża — Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva — Żball manifest ta’ evalwazzjoni — Dritt għall-proprjetà — Proporzjonalità — Ugwaljanza fit-trattament — Nondiskriminazzjoni”

1.                     Rikors għal annullament — Atti li jistgħu jiġu kkontestati — Kunċett — Atti li jipproduċu effetti legali vinkolanti — Att purament informattiv li ma jikkawżax preġudizzju lir-rikorrenti b’mod awtonomu inkonnessjoni ma’ atti li jipproduċu effetti legali fir-rigward tiegħu — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni (Artikolu 263 TFUE) (ara l-punt 44)

2.                     Rikors għal annullament — Atti li jistgħu jiġu kkontestati — Kunċett — Atti li jipproduċu effetti legali vinkolanti — Atti ipotetiċi li għadhom ma ġewx adottati — Esklużjoni (Artikolu 263 TFUE) (ara l-punti 46, 47)

3.                     Dritt tal-Unjoni Ewropea — Drittijiet fundamentali — Kamp ta’ applikazzjoni ratione personae — Persuni ġuridiċi li jikkostitwixxu emanazzjonijiet minn Stati terzi — Inklużjoni — Responsabbiltà tal-Istat terz għar-rispett tad-drittijiet fundamentali fit-territorju tiegħu stess — Assenza ta’ effett (Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea) (ara l-punti 57, 61, 62)

4.                     Dritt tal-Unjoni Ewropea — Prinċipji — Drittijiet tad-difiża — Portata — Miżuri restrittivi kontra l-Iran — Iffriżar ta’ fondi ta’ persuni, entitajiet jew organi li jipparteċipaw fi jew li jsostnu l-proliferazzjoni nukleari — Limitazzjonijiet imposti minn sentenza annullata mill-Qorti Ġenerali — Tneħħija ta’ dawn il-limitazzjonijiet mill-ordinament ġuridiku tal-Unjoni — Ammissibbiltà tal-istħarriġ tar-rispett ta’ dawn id-drittijiet mill-qorti tal-Unjoni mingħajr ma jittieħdu inkunsiderazzjoni dawn il-limitazzjonijiet (Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, Artikolu 24(3) u (4); Regolamenti tal-Kunsill Nru 961/2010, Artikolu 36(3) u (4), u Nru 267/2012, Artikolu 46(3) u (4)) (ara l-punti 66, 67)

5.                     Atti tal-istituzzjonijiet — Motivazzjoni — Obbligu — Portata — Miżuri restrittivi kontra l-Iran — Iffriżar ta’ fondi ta’ persuni, entitajiet jew organi li jipparteċipaw fi jew li jsostnu l-proliferazzjoni nukleari — Obbligu li tiġi kkomunikata l-motivazzjoni lill-persuna kkonċernata fl-istess ħin tal-adozzjoni tal-att li jikkawżalha preġudizzju jew kemm jista’ jkun malajr wara l-addozzjoni — Regolarizzazzjoni ta’ nuqqas ta’ motivazzjoni fil-mori tal-kawża — Inammissibbiltà (Artikolu 296 TFUE; Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, Artikolu 24(3); Regolamenti tal-Kunsill Nru 961/2010, Artikolu 36(3), u Nru 267/2012, Artikolu 46(3)) (ara l-punti 70, 71, 73)

6.                     Dritt tal-Unjoni Ewropea — Prinċipji — Drittijiet tad-difiża — Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva — Miżuri restrittivi kontra l-Iran — Iffriżar ta’ fondi ta’ persuni, entitajiet jew organi li jipparteċipaw fi jew li jsostnu l-proliferazzjoni nukleari — Obbligu ta’ komunikazzjoni tar-raġunijiet individwali u speċifiċi li jiġġustifikaw id-deċiżjonijiet adottati — Portata (Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, Artikolu 24(3); Regolamenti tal-Kunsill Nru 961/2010, Artikolu 36(3), u Nru 267/2012, Artikolu 46(3)) (ara l-punti 72-74)

7.                     Atti tal-istituzzjonijiet — Motivazzjoni — Obbligu — Portata — Miżuri restrittivi kontra l-Iran — Iffriżar ta’ fondi ta’ persuni, entitajiet jew organi li jipparteċipaw fi jew li jsostnu l-proliferazzjoni nukleari — Deċiżjoni li taqa’ f’kuntest magħruf mill-persuna kkonċernata li tippermettilha li tifhem il-portata tal-miżura adottata fil-konfront tagħha — Ammissibbiltà ta’ motivazzjoni sommarja (Artikolu 296 TFUE; Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, Artikolu 24(3); Regolamenti tal-Kunsill Nru 961/2010, Artikolu 36(3), u Nru 267/2012, Artikolu 46(3)) (ara l-punti 75, 76)

8.                     Dritt tal-Unjoni Ewropea — Interpretazzjoni — Testi plurilingwi — Interpretazzjoni uniformi — Teħid inkunsiderazzjoni tal-verżjonijiet lingwistiċi differenti (ara l-punt 81)

9.                     Atti tal-istituzzjonijiet — Motivazzjoni — Obbligu — Portata — Miżuri restrittivi kontra l-Iran — Iffriżar ta’ fondi ta’ persuni, entitajiet jew organi li jipparteċipaw fi jew li jsostnu l-proliferazzjoni nukleari — Kriterji alternattivi stabbiliti mill-atti tal-Unjoni għall-inklużjoni ta’ entità fil-listi ta’ persuni u entitajiet suġġetti għall-miżuri restrittivi — Natura suffiċjenti ta’ motivazzjoni bbażata biss fuq wieħed minn dawn il-kriterji jew fuq għadd minnhom biss (Artikolu 296 TFUE; Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, Artikolu 20(1)(b); Regolamenti tal-Kunsill Nru 961/2010, Artikolu 16(2), u Nru 267/2012, Artikolu 23(2)) (ara l-punti 84-89)

10.                     Dritt tal-Unjoni Ewropea — Prinċipji — Drittijiet tad-difiża — Miżuri restrittivi kontra l-Iran — Iffriżar ta’ fondi ta’ persuni, entitajiet jew organi li jipparteċipaw fi jew li jsostnu l-proliferazzjoni nukleari — Dritt ta’ aċċess għal dokumenti — Dritt għal smigħ — Drittijiet suġġetti għal talba f’dan is-sens lill-Kunsill — Assenza ta’ ksur (Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, Artikolu 24(3); Regolamenti tal-Kunsill Nru 961/2010, Artikolu 36(3), u Nru 267/2012, Artikolu 46(3)) (ara l-punti 90-93, 96, 103, 106, 107)

11.                     Dritt tal-Unjoni Ewropea — Prinċipji — Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva — Miżuri restrittivi kontra l-Iran — Iffriżar ta’ fondi ta’ persuni, entitajiet jew organi li jipparteċipaw fi jew li jsostnu l-proliferazzjoni nukleari — Obbligu li jiġu kkomunikati l-elementi kontra bil-għan li l-persuna kkonċernata titpoġġa f’pożizzjoni li tkun tista’ tirrikorri utilment għall-qorti tal-Unjoni u li jiġi żgurat l-istħarriġ minn din tal-aħħar tal-legalità tal-att inkwistjoni — Assenza ta’ ksur (Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea; Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK; Regolamenti tal-Kunsill Nru 961/2010 u Nru 267/2012) (ara l-punti 108, 109, 111, 112)

12.                     Unjoni Ewropea — Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi kontra l-Iran — Iffriżar ta’ fondi ta’ persuni, entitajiet jew organi li jipparteċipaw fi jew li jsostnu l-proliferazzjoni nukleari — Stħarriġ ġudizzjarju tal-legalità — Portata — Tqassim tal-oneru tal-prova — Obbligu li jiġu ppreżentati l-provi u l-informazzjoni konkreta — Deċiżjoni bbażata fuq informazzjoni prodotta minn Stati Membri u mhux komunikabbli lill-qorti tal-Unjoni — Inadmissibbiltà (Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, Artikolu 20(1)(b); Regolamenti tal-Kunsill Nru 961/2010, Artikolu 16(2)(a), u Nru 267/2012, Artikolu 23(2)(a)) (ara l-punti 116, 124-126, 128, 130)

13.                     Rikors għal annullament — Sentenza ta’ annullament — Effetti — Limitazzjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja — Miżuri restrittivi kontra l-Iran — Iffriżar ta’ fondi ta’ persuni, entitajiet jew organi li jipparteċipaw fi jew li jsostnu l-proliferazzjoni nukleari — Annullament f’żewġ mumenti differenti ta’ żewġ atti li jinkludu miżuri restrittivi identiċi — Riskju ta’ preġudizzju serju għaċ-ċertezza legali — Żamma tal-effetti tal-ewwel wieħed minn dawn l-atti sad-dħul fis-seħħ tal-annullament tat-tieni (It-tieni paragrafu tal-Artikolu 264 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 267/2012, Anness IX; Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, Anness II) (ara l-punti 133, 134, 136)

Suġġett

Minn naħa, talba għall-annullament, fl-ewwel lok, tal-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, tas-26 ta’ Lulju 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK (ĠU L 195, p. 39), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/644/PESK, tal-25 ta’ Ottubru 2010 (ĠU L 281, p. 81), u tal-Anness VIII tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 961/2010, tal-25 ta’ Ottubru 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 423/2007 (ĠU L 281, p. 1), sa fejn dawn tal-aħħar jikkonċernaw lir-rikorrenti, fit-tieni lok, tad-deċiżjoni fir-rigward tar-rikorrenti “inkluża f’” ittra tat-28 ta’ Ottubru 2010, fit-tielet lok, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/783/PESK, tal-1 ta’ Diċembru 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413 (ĠU L 319, p. 71), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1245/2011, tal-1 ta’ Diċembru 2011, li jimplimenta r-Regolament Nru 961/2010 (ĠU L 319, p. 11), sa fejn dawn tal-aħħar jistgħu jinċidu fuq is-sitwazzjoni tar-rikorrenti, fir-rabaʼ lok, tad-deċiżjoni fir-rigward tar-rikorrenti “inkluża f’” ittra tal-5 ta’ Diċembru 2011, fil-ħames lok, tal-Anness IX tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012, tat-23 ta’ Marzu 2012, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament Nru 961/2010 (ĠU L 88, p. 1), sa fejn dan jikkonċerna lir-rikorrenti, u, fis-sitt lok, ta’ kull regolament futur jew ta’ kull deċiżjoni futura tal-Kunsill jew tal-Kummissjoni li tikkompleta jew li temenda wieħed mill-atti kkontestati fil-kuntest ta’ dan ir-rikors u, min-naħa l-oħra, talba għal dikjarazzjoni ta’ inapplikabbiltà, fir-rigward tar-rikorrenti, tal-Artikolu 12 u tal-Artikolu 20(1)(b) tad-Deċiżjoni 2010/413, tal-Artikolu 16(2) u tal-Artikolu 26 tar-Regolament Nru 961/2010, tal-Artikolu 1(7) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/35/PESK, tat-23 ta’ Jannar 2012, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413 (ĠU L 19, p. 22), u tal-Artikolu 23(2) u tal-Artikolu 35 tar-Regolament Nru 267/2012, tal-Artikolu 1(8) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/635/PESK, tal-15 ta’ Ottubru 2012, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413 (ĠU L 282, p. 58), tal-Artikolu 1(11) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1263/2012, tal-21 ta’ Diċembru 2012, li jemenda r-Regolament Nru 267/2012 (ĠU L 356, p. 34), kif ukoll tal-Artikolu 1(2) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/829/PESK, tal-21 ta’ Diċembru 2012, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413 (ĠU L 356, p. 71).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa inammissibbli, sa fejn dan jitlob l-annullament ta’ kull regolament futur jew ta’ kull deċiżjoni futura tal-Kunsill jew tal-Kummissjoni li tikkompleta jew li temenda wieħed mill-atti kkontestati fil-kuntest ta’ dan ir-rikors.

2)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni la fuq it-talbiet għal annullament tad-deċiżjonijiet fil-konfront tal-Iran Insurance Company “inklużi f’” ittri tal-Kunsill tat-28 ta’ Ottubru 2010 u tal-5 ta’ Diċembru 2011 u lanqas fuq l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà invokata mill-Kunsill, sostnut mill-Kummissjoni, fil-konfront biss tat-talbiet għal annullament tad-deċiżjoni fil-konfront tal-Iran Insurance Company “inkluża f’” ittra tal-Kunsill tat-28 ta’ Ottubru 2010.

3)

L-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, tas-26 ta’ Lulju 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/644/PESK, tal-25 ta’ Ottubru 2010, l-Anness VIII tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 961/2010, tal-25 ta’ Ottubru 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 423/2007, id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/783/PESK, tal-1 ta’ Diċembru 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1245/2011, tal-1 ta’ Diċembru 2011, li jimplementa r-Regolament Nru 961/2010 u l-Anness IX tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012, tat-23 ta’ Marzu 2012, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament Nru 961/2010, huma annullati, sa fejn dawn jikkonċernaw lil Iran Insurance Company.

4)

L-effetti tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2010/413, kif emendata bid-Deċiżjoni 2010/644, u sussegwentement bid-Deċiżjoni 2011/783, fir-rigward tal-Iran Insurance Company għandhom jinżammu sad-dħul fis-seħħ tal-annullament tal-Anness IX tar-Regolament Nru 267/2012, sa fejn dan jikkonċerna lill-Iran Insurance Company.

5)

Il-Kunsill għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk sostnuti mill-Iran Insurance Company.

6)

Il-Kummissjoni għandha tbati l-ispejjeż tagħha.