Language of document :

Rikors ippreżentat fis-7 ta' Jannar 2011 - Bank Kargoshaei et vs Il-Kunsill

(Kawża T-8/11)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Bank Kargoshaei, Bank Melli Iran Investment Company, Bank Melli Iran Printing and Publishing Company, Cement Investment & Development Co., Mazandaran Cement Company, Melli Agrochemical Company, Shomal Cement Co., (Tehran, l-Iran) (rappreżentanti: L. Defalque u S. Woog, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla l-paragrafu 5 li jinsab fit-Taqsima B tal-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/644/PESK, tal-25 ta' Ottubru 2010, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK 1, kif ukoll l-paragrafu 5 li jinsab fit-Taqsima B tal-Anness VIII tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 961/2010, tal-25 ta' Ottubru 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 423/2007 2, u tannulla d-deċiżjoni li hemm fl-ittra tal-Kunsill tat-28 ta' Ottubru 2010;

tiddikjara li l-Artikolu 20(1)(b) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-26 ta' Lulju 2010 3 u l-Artikolu 16(2)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 961/2010 huma illegali u li ma humiex applikabbli fuq ir-rikorrenti;

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jressqu motivi li huma identiċi għal dawk imressqa mir-rikorrenti fil-Kawża T-7/11, Bank Melli Iran vs Il-Kunsill.

____________

1 - ĠU L 281, p. 81.

2 - ĠU L 281, p. 1.

3 - 2010/413/CFSP: Deċiżjoni tal-Kunsill tas- 26 ta' Lulju 2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK, JO L 195 , p. 39.