Language of document :

Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-25 ta' Settembru 2008 - Stepek vs UASI - Masters Golf Company (GOLF-FASHION MASTERS THE CHOICE TO WIN)

(Kawża T-294/07)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figuratttiva GOLF-FASHION MASTERS THE CHOICE TO WIN - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti The Masters u trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti The Masters GOLF COMPANY - Ċessjoni tal-appell ippreżentat quddiem il-Bord tal-Appell - Spejjeż sostnuti quddiem tal-Bord tal-Appell)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Wilhelm Stepek (Stadl-Paura, l-Awstrija) (rappreżentanti: H. Heigel, W. Berger u G. Lehner, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza: The Masters Golf Company Ltd (Weston-Super-Mare, ir-Renju Unit)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-23 ta' Mejju 2007 (Każ R 95/2007-1) dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn The Masters Golf Company Ltd u Wilhem Stepek.

Dispożittiv

1)    Ir-rikors huwa miċħud.

2)    Wilhelm Stepek huwa kkundannat għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 235, 6.10.2007.