Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Marzu 2013 – Chrysamed Vertrieb vs UASI - Chrysal International (Chrysamed)

(Kawża T-46/12) 1

(“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Irtirar tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoniˮ)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Chrysamed Vertrieb GmbH (Salzbourg, l-Awstrija) (rappreżentanti: inizjalment minn T. Schneider, sussegwentement minn M. Koch u finalment minn I. Rungg, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Chrysal International BV (Naarden, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: A. Killan, M. Marell u M. Senftleben, avukati)SuġġettRikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-22 ta’ Novembru 2011 (Każ R 64/2011-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Chrysal International BV u Chrysamed Vertrieb GmbH.DispożittivMa għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.Chrysamed Vertrieb GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.