Language of document :

Rikors ippreżentat fit-8 ta' Awwissu 2012 - Aleris vs UASI - Carefusion 303 (ALARIS)

(Kawża T-353/12)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Aleris Holding AB (Stokkolma, l-Isvezja) (rappreżentanti: A. Kylhammar u K. Westerberg, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Carefusion 303, Inc. (San Diego, l-Istati Uniti)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-11 ta' Mejju 2012 (R 334/2011-5), kif ukoll it-tieni parti tad-deċiżjoni ta' kanċellazzjoni, u tagħti deċiżjoni skont it-talba tar-rikorrenti; u

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal revoka: it-trade mark verbali "ALARIS", għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 10, 37 u 42 - Reġistrazzjoni ta' trade mark Komunitarja Nru 571521

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Parti li qed titlob ir-revoka tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: trade mark Komunitarja rrevokata parzjalment

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: Ksur tal-prinċipji fundamentali li għandhom jiġu applikati fi proċedimenti ta' revoka bbażati fuq in-nuqqas ta' użu. Ksur tal-Artikoli 15 u 9 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.

____________