Rikors ippreżentat fis-6 ta' Awissu 2012 - Debonair Trading Internacional vs UASI - Ibercosmetica (SÔ:UNIC)
(Kawża T-356/12)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Debonair Trading Internacional Ldª (Funcha, il-Madejra) (rappreżentant: T. Alkin, Barrister)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell : Ibercosmetica, SA de CV (Il-Belt tal-Messiku, il-Messiku)
Talbiet tar-rikorrenti
tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-4 ta' Ġunju 2012, fil-Każ R 1033/2011-4;
tikkundanna lill-parti l-oħra għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikanti għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali "SÔ:UNIC", għal prodotti fil-klassi 3 - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 8197972
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti
Trade mark jew sinjal invokat: Serje ta' 24 trade mark irreġistrati fil-Komunità, Internazzjonali, fir-Renju Unit u fl-Irlanda li jikkonsistu mill-kelma "SO" flimkien ma' materjal ieħor, għall-prodotti fil-klassi 3; Serje ta' 17-il sinjal mhux irreġistrati li jikkonsistu mill-kelma "SO" flimkien ma' materjal ieħor, użati b'konnessjoni ma' prodotti fil-klassi 3
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda fl-intier tagħha
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati:
ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009;
ksur tar-Regola 15(2)(b)(iii) tar-Regolament tal-Kummissjoni Nru 2868/95; u
ksur tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.
____________