Language of document :

Rikors ippreżentat fit-3 ta' Awissu 2012 - Grupo Flexi de León vs UASI (FLEXI)

(Kawża T-352/12)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Grupo Flexi de León, SA de CV (León, il-Messiku) (rappreżentant: M. Zarobe, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-4 ta' Mejju 2012, fil-Każ R 1335/2011-2, mogħtija fir-rikors dwar l-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 9 532 797 "FLEXI";

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali "FLEXI " għal prodotti fil-klassijiet 18 u 25 - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 9 532 797

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud.

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(c) u (b) tar-Regolament Nru 207/2009.

____________