Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta' Mejju 2013 - Aleris vs UASI - Carefusion 303 (ALARIS)

(Kawża T-353/12) 

["Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' revoka - Trade mark Komunitarja verbali ALARIS - Użu ġenwin mit-trade mark - Artikolu 51(1)(a) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009"]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Aleris Holding AB (Stokkolma, l-Isvezja) (rappreżentanti: A. Kylhammar u K. Westerberg, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Geroulakos, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Carefusion 303, Inc. (San Diego, California, l-Istati Uniti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI, tal-11 ta' Mejju 2012 (Każ R 334/2011-5), dwar proċedimenti ta' revoka bejn Aleris Holding AB u Carefusion 303, Inc.

Dispożittiv

Id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-11 ta' Mejju 2012 (Każ R 334/2011-5) hija annullata sa fejn tiċħad l-applikazzjoni għar-revoka tat-trade mark ALARIS għall-prodotti fil-klassi 10 minbarra s-sistemi ta' infużjoni, il-pompi għas-siringi, il-pompi volumetriċi, il-kontrolluri, it-termometri u t-termometri li jintremew wara li jintużaw.

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 - ĠU C 311, 13.10.2012.