Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ April 2014 – Debonair Trading Internacional vs UASI – Ibercosmetica (SÔ :UNIC)

(Kawża T-356/12) 1

[“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni– Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali SÔ :UNIC – Trade marks Komunitarji u nazzjonali verbali preċedenti SO… ?, SO… ? ONE, SO… ? CHIC u trade marks verbali mhux irreġistrati – Raġunijiet relattivi għal rifjut– Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Probabbiltà ta’ konfużjoni– Familja ta’ trade marks – Artikolu 8(4) tar-Regolament Nru 207/2009 – Regola 15(2)(b)(iii) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95 – Ammissibbiltà tal-oppożizzjoni”]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Debonair Trading Internacional Ldª (Funchal, Madère) (rappreżentant: T. Alkin, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: L. Rampini, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Ibercosmetica, SA de CV (Il-Belt tal-Messiku, il-Messiku)SuġġettRikors kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-4 ta’ Ġunju 2012 (Każ R 1033/2011-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Debonair Trading Internacional Ldª u Ibercosmetica, SA de CV.Dispożittiv     Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tal-4 ta’ Ġunju 2012 (Każ R 1033/2011-4), hija annullata inkwantu l-Bord tal-Appell ċaħad bħala inammissibbli l-oppożizzjoni fondata fuq l-Artikolu 8(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja, fid-dawl tas-sinjali invokati minn Debonair Trading Internacional Ldª fir-rigward tar-Renju Unit u l-Irlanda.     Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.     Kull parti

għandha

tbati l-ispejjeż tagħha stess.