Language of document : ECLI:EU:T:2013:257





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tas-16 ta’ Mejju 2013 — Aleris vs UASI – Carefusion 303 (ALARIS)

(Kawża T‑353/12)

“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ revoka — Trade mark Komunitarja verbali ALARIS — Użu ġenwin mit-trade mark — Artikolu 51(1)(a) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

1.                     Trade mark Komunitarja — Ċessjoni, revoka u invalidità — Assenza ta’ użu ġenwin mit-trade mark — Prova tal-użu mit-trade mark preċedenti — Użu ġenwin — Kunċett (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 42(2) u (3)) (ara l-punti 16, 17, 34)

2.                     Trade mark Komunitarja — Ċessjoni, revoka u invalidità — Assenza ta’ użu ġenwin mit-trade mark — Prova tal-użu mit-trade mark preċedenti — Użu parzjali — Effett — Kunċett ta’ “parti [...] mill-prodotti jew servizzi” koperti mir-reġistrazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 42(2) u (3)) (ara l-punti 18‑20, 22)

3.                     Trade mark Komunitarja — Ċessjoni, revoka u invalidità — Assenza ta’ użu ġenwin mit-trade mark — Prova tal-użu mit-trade mark preċedenti — Użu ġenwin — Applikazzjoni tal-kriterji għall-każ speċifiku (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 42(2) u (3)) (ara l-punti 35, 36)

4.                     Trade mark Komunitarja — Ċessjoni, revoka u invalidità — Assenza ta’ użu ġenwin mit-trade mark — Prova tal-użu mit-trade mark preċedenti — Użu ġenwin — Kunċett — Determinazzjoni tal-livell kwantitattiv ta’ użu minimu — Esklużjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 42(2) u (3)) (ara l-punt 37)

5.                     Trade mark Komunitarja — Ċessjoni, revoka u invalidità — Assenza ta’ użu ġenwin mit-trade mark — Prova tal-użu mit-trade mark preċedenti — Użu ġenwin — Kriterji ta’ evalwazzjoni — Rekwiżit ta’ provi konkreti u oġġettivi (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 42(2) u (3)) (ara l-punt 38)

6.                     Trade mark Komunitarja — Proċedura għat-tressiq ta’ kawża — Kawża quddiem il-qorti tal-Unjoni — Possibbiltà li l-Qorti Ġenerali tirriforma d-deċiżjoni kkontestata — Limiti (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 65(2) u (3)) (ara l-punt 44)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI, tal-11 ta’ Mejju 2012 (Każ R 334/2011‑5), dwar proċedimenti ta’ revoka bejn Aleris Holding AB u Carefusion 303, Inc.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-11 ta’ Mejju 2012 (Każ R 334/2011‑5) hija annullata sa fejn tiċħad l-applikazzjoni għar-revoka tat-trade mark ALARIS għall-prodotti fil-klassi 10 minbarra s-sistemi ta’ infużjoni, il-pompi għas-siringi, il-pompi volumetriċi, il-kontrolluri, it-termometri u t-termometri li jintremew wara li jintużaw.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.