Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Settembru 2014 – Afepadi et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-354/12) 1

[“Rikors għal annullament –Indikazzjonijiet dwar is-saħħa użati fl-ittikkettjar u r-riklamar tal-prodotti tal-ikel – Regolament (UE) Nru 432/2012 – Premessi 11, 14 u 17 – Att li ma jistax jiġi kkontestat – Inammissibbiltà”]

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Asociación Española de Fabricantes de Preparados alimenticios especiales, dietéticos y plantas medicinales (Afepadi) (Barcelona, Spanja); Elaborados Dietéticos, SA (Palma de Cervelló, Spanja); Nova Diet, SA (Burgos, Spanja); Laboratorios Vendrell, SA (Barcelona); u Ynsadiet, SA (Leganés, Spanja) (rappreżentanti: P. Velázquez González, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Grünheid u P. Němečková, aġenti)

Parti intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: D. Colas u S. Menez, aġenti)

Suġġett

B’mod partikolari, talba għall-annullament ta’ premessi 11, 14 u 17 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 432/2012, tas-16 ta’ Mejju 2012, li jistabbilixxi lista ta’ indikazzjonijiet permessi dwar is-saħħa li jsiru fuq l-ikel, barra dawk li jirreferu għat-tnaqqis fir-riskju tal-mard u għall-iżvilupp u s-saħħa tat-tfal (ĠU L 136, p. 1)DispożittivIr-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.    Asociación Española de Fabricantes de Preparados alimenticios especiales, dietéticos y plantas medicinales (Afepadi), Elaborados Dietéticos, SA Nova Diet, SA, Laboratorios Vendrell, SA u Ynsadiet, SA għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom kif ukoll dawk esposti mill-Kummissjoni Ewropea.