Language of document : ECLI:EU:T:2014:704





Digriet tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tas-16 ta’ Lulju 2014 — Kompas MTS vs Il‑Parlament et

(Kawża T‑315/13)

“Rikors għad-danni — Dannu allegatament imġarrab wara t-traspożizzjoni fid-dritt Awstrijak ta’ direttiva dwar il-manifattura, il-preżentazzjoni u l-bejgħ ta’ prodotti tat-tabakk — Ittikkettjar tal-prodotti tat-tabakk — Miżuri restrittivi fuq l-importazzjoni tal-prodotti tat-tabakk — Rikors manifestament infondat fid-dritt”

Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Kundizzjonijiet — Illegalità — Dannu — Rabta kawżali — Kundizzjonijiet kumulattivi — Assenza ta’ waħda mill-kundizzjonijiet — Ċaħda tar-rikors għad-danni kollu kemm hu (it-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE) (ara l-punti 31, 32, 39, 42)

Suġġett

Rikors għad-danni bbażat fuq id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 268 TFUE u tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE, meħuda flimkien, intiż sabiex jinkiseb kumpens għad-dannu allegatament imġarrab mir-rikorrenti minħabba fl-implementazzjoni ta’ restrizzjonijiet kwantitattivi fuq l-importazzjoni ta’ prodotti tat-tabakk fit-territorju Awstrijak wara l-adozzjoni tad-Direttiva 2001/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-5 ta’ Ġunju 2001, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri li jirrelataw mal-manifattura, preżentazzjoni u l-bejgħ ta’ prodotti tat-tabakk (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 6, p. 147).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Kompas mejni turistični servis d.d. (Kompas MTS d.d.) għandha tħallas, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, dawk tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u tal-Kummissjoni Ewropea.