Language of document : ECLI:EU:T:2016:247





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tas-27 ta’ April 2016 – Pappalardo et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T‑316/13)

“Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Sajd – Konservazzjoni ta’ riżorsi tas-sajd – Kostituzzjoni mill-ġdid tal-istokkijiet ta’ tonn – Miżuri ta’ emerġenza li jipprojbixxu s-sajd permezz tal-bastimenti bil-purse seines – Ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi”

1.                     Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Kundizzjonijiet – Illegalità – Dannu – Rabta kawżali – Kundizzjonijiet kumulattivi – Obbligu għall-qorti li teżaminahom f’ordni ddeterminat – Assenza – Assenza ta’ waħda minn dawn il-kundizzjonijiet – Ċaħda tar-rikors għad-danni kollu kemm hu (It-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE) (ara l-punti 16, 17)

2.                     Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Kundizzjonijiet – Illegalità – Ksur suffiċjentement serju tad-dritt tal-Unjoni – Rekwiżit ta’ nuqqas ta’ osservanza manifest u gravi, mill-istituzzjonijiet, tal-limiti imposti fuq is-setgħa diskrezzjonali tagħhom – Stabbiliment ta’ projbizzjoni tas-sajd għat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku minn data differenti għall-bastimenti Spanjoli minn dik għall-bastimenti ta’ Stati Membri oħra – Assenza ta’ ksur suffiċjentement serju tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni – Nuqqas ta’ stabbiliment tar-responsabbiltà tal-Unjoni (It-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 2371/2002, Artikolu 7; Regolament tal-Kummissjoni Nru 530/2008) (ara l-punti 23, 34-40)

3.                     Proċedura ġudizzjarja – Awtorità ta’ res judicata – Portata – Sentenza tal-Qorti Ġenerali li tikkonstata l-invalidità ta’ att tal-Unjoni abbażi ta’ evalwazzjoni żbaljata ta’ sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonkludi favur l-annullament parzjali tal-imsemmi att – Sentenza sussegwenti tal-Qorti tal-Ġustizzja li tippreċiża l-interpretazzjoni korretta tal-ewwel sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja – Assenza ta’ awtorità ta’ res judicata tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Regolament tal-Kummissjoni Nru 530/2008) (ara l-punti 25‑27, 30, 31)

Suġġett

Rikors għad-danni intiż għall-kumpens tad-dannu allegatament imġarrab mir-rikorrenti wara l-adozzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 530/2008, tat-12 ta’ Ġunju 2008, li jistabbilixxi miżuri ta’ emerġenza fir-rigward ta’ bastimenti bil-purse seines li jistadu għat-tonn fl-Oċean Atlantiku, fil-Lvant tal-lonġitudni 45 °W, u fil-Baħar Mediterran (ĠU L 155, p. 9).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Salvatore Aniello Pappalardo, Pescatori La Tonnara Soc. coop., Fedemar Srl, Testa Giuseppe E C. Snc, Pescatori San Pietro Apostolo Srl, Camplone Arnaldo & C. Snc di Camplone Arnaldo EC u Valentino Pesca Sas di Camplone Arnaldo & C. huma kkundannati għall-ispejjeż.