Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-30 ta’ Jannar 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgericht Berlin – il-Ġermanja) – Planta Tabak-Manufaktur Dr. Manfred Obermann GmbH & Co. KG vs Land Berlin

(Kawża C-220/17) 1

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Validità tad-Direttiva 2014/40/UE – Manifattura, preżentazzjoni u bejgħ tal-prodotti tat-tabbakk – Regolamentazzjoni ta’ “ingredjenti” – Projbizzjoni ta’ prodotti tat-tabakk)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgericht Berlin

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Planta Tabak-Manufaktur Dr. Manfred Obermann GmbH & Co. KG

Konvenuta: Land Berlin

Dispożittiv

L-eżami tal-ewwel domanda preliminari ma rrevela xejn li jista’ jaffettwa l-validità tal-Artikolu 7(1), (7) u (14) tad-Direttiva 2014/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-3 ta’ April 2014, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri rigward il-manifattura, il-preżentazzjoni u l-bejgħ tat-tabakk u prodotti relatati u li tħassar id-Direttiva 2001/37/KE;

L-Artikolu 7(14) tad-Direttiva 2014, għandu jiġi interpretat fis-sens li, minn naħa waħda, l-kunċett ta’ “kategorija ta’ prodotti”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni jkopri s-sigaretti u t-tabakk tal-brim u min-naħa l-oħra, l-proċedura li għandha tiġi segwita sabiex jiġi stabbilit jekk prodott tat-tabakk partikolari jilħaqx il-limitu ta’ 3 % jew iktar tal-bejgħ previst f’din id-dispożizzjoni għandu jiġi stabbilit skont il-liġi nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat.

L-Artikoli 8 sa 11 tad-Direttiva 2014/40 għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma ma jippermettux lill-Istati Membri jistabbilixxu perijodi ta’ traspożizzjoni addizzjonali għal dik prevista fl-Artikoli 29 u 30 ta’ din id-direttiva.

L-eżami tat-tieni domanda ma żvelat l-ebda element ta’ natura li jaffettwa l-validità tal-tat-tieni subparagrafu, tal-Artikolu 9(1), it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 9(4) u l-Artikolu 9(6), tal-Artikolu 10(1), (b), (e) u (f), u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 11(1), tal-imsemmija Direttiva 2014/40.

L-Artikolu 13(1)(ċ) u (3), tad-Direttiva 2014/40 għandu jiġi interpretat fis-sens li jobbliga lill-Istati Membri jipprojbixxu l-użu ta’ informazzjoni li tirreferi għat-togħma, ir-riħa, l-aroma jew addittiv ieħor, anki fil-każ ta’ informazzjoni mhux promozzjonali u li l-użu ta’ ingredjenti kkonċernati tibqa’ awtorizzata.

L-eżami tal-ewwel domanda preliminari ma rrevela xejn li jista’ jaffettwa l-validità tal-Artikolu 13(1), (7) u (3) tad-Direttiva 2014/40.

____________

1     ĠU C C 239, 24.07.2017.