Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Ġunju 2014 – Brune vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-269/13 P) 1

(“Appell – Servizz Pubbliku – Uffiċjali – Reklutaġġ – Kompetizzjoni ġenerali – Nuqqas ta’ inklużjoni fil-lista ta’ riżerva – Deċiżjoni ġdida tal-Kummissjoni adottata wara anullament mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku – Assenza ta’ parteċipazzjoni fl-eżami orali”)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellant: Markus Brune (Bonn, il-Ġermanja) (rappreżentant: H. Mannes, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u B. Eggers, aġenti)

Suġġett

Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewopea (It-Tieni Awla) tal-21 ta’ Marzu 2013, Brune vs Il-Kummissjoni (F-94/11, għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), u intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.DispożittivL-appell huwa miċħud.Markus Brune huwa kkundannat għall-ispejjeż tiegħu stess kif ukoll għal dawk tal-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest ta’ din l-istanza.