Language of document : ECLI:EU:T:2013:279





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tat-30 ta’ Mejju 2013 — Morte Navarro vs Il-Parlament

(Kawża T‑280/09)

“Petizzjoni indirizzata lill-Parlament Ewropew — Deċiżjoni li ma tittiħidx azzjoni dwar il-petizzjoni — Rikors għal annullament — Att li jikkawża preġudizzju — Ammissibbiltà — Obbligu ta’ motivazzjoni — Petizzjoni li ma taqax fl-oqsma ta’ attività tal-Unjoni”

1.                     Proċedura ġudizzjarja — Rikors promotur — Rekwiżiti proċedurali — Identifikazzjoni tas-suġġett tat-tilwima — Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati — Riferiment ġenerali għal dokumenti oħra annessi mar-rikors — Inammissibbiltà — Kontenut tar-rikors suffiċjentement ċar — Assenza ta’ ċarezza ta’ petizzjoni annessa — Ammissibbiltà (Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 21 u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 53; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 44(1)(ċ) u (d)) (ara l-punti 19-21)

2.                     Rikors għal annullament — Atti li jistgħu jiġu kkontestati — Kunċett — Atti li jipproduċu effetti legali vinkolanti — Deċiżjoni tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet tal-Parlament li ma tittiħidx iżjed azzjoni dwar petizzjoni — Inklużjoni (Artikoli 227 TFUE u 263 TFUE) (ara l-punt 25)

3.                     Rikors għal annullament — Ġurisdizzjoni tal-qorti tal-Unjoni — Talbiet intiżi li tinkiseb ordni indirizzata lil istituzzjoni — Talbiet intiżi li tinkiseb sentenza dikjaratorja — Inammissibbiltà (Artikolu 263 TFUE) (ara l-punt 27)

4.                     Atti tal-istituzzjonijiet — Motivazzjoni — Obbligu — Portata — Deċiżjoni tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet tal-Parlament li ma tittiħidx iżjed azzjoni dwar petizzjoni (Artikoli 227 TFUE u 296 TFUE ; Regolament tal-Parlament Ewropew, Artikolu 191(6)) (ara l-punti 32-41, 44)

5.                     Dritt tal-Unjoni Ewropea — Prinċipji — Ugwaljanza fit-trattament — Kunċett — Limiti (ara l-punt 47)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet tal-Parlament Ewropew tal-5 ta’ Mejju 2009, li ma tittiħidx iżjed azzjoni dwar il-petizzjoni ppreżentata mir-rikorrent fis-17 ta’ Diċembru 2008 (Petizzjoni Nru 1818/2008).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

José Carlos Morte Navarro għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk inkorsi mill-Parlament Ewropew.