Rikors ippreżentat fil-5 ta’ April 2024 – Drinks Prod vs EUIPO – Paul Hartmann (OmniSan)
(Kawża T-189/24)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Drinks Prod SRL (Păntășești, ir-Rumanija) (rappreżentant: I. Speciac, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Paul Hartmann AG (Heidenheim, il-Ġermanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade figurattiva tal-Unjoni Ewropea “OmniSan” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 329 334
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-2 ta’ Frar 2024 fil-Każ R 1226/2023-1
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
tordna lill-EUIPO jkompli bil-proċeduri ta’ reġistrazzjoni tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 18 329 334 OMNISAN għall-prodotti kollha li saret applikazzjoni għalihom fil-Klassijiet 3 u 5.
Motiv invokat
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
____________