Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tad-19 ta' Ġunju 2007 - Asturias Cuerno vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-473/04)1

("Uffiċjali - Remunerazzjoni - Allowance ta' l-espatrijazzjoni - Artikolu 4(1)(a) ta' l-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal - Servizzi mwettqa għal organizzazzjoni internazzjonali - Allowance ta' installazzjoni - Allowance ta' kuljum")

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Cristina Asturias Cuerno (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: R. García-Gallardo Gil-Fournier u A. Sayagués Torres, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: J. Currall, aġent, assistit minn J. Rivas Andrés, J. Gutiérrez Gisbert u M. Canal Fontcuberta, avukati)

Suġġett tal-kawża

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta' Awwissu 2004, li tiċħad l-appell tar-rikorrenti tas-27 ta' April 2004 u li tirrifjutalha l-allowance ta' espatrijazzjoni prevista mill-Artikolu 4(1)(a) ta' l-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Komunitajiet Ewropej, kif ukoll l-allowances li huma marbuta ma' dik l-allowance.

Dispożittiv tas-sentenza

Id-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni tat-28 ta' Jannar u tal-25 ta' Awwissu 2004 huma annullati.

Ir-rikorrenti għandha dritt għall-allowance ta' espatrijazzjoni prevista mill-Artikolu 4 ta' l-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Komunitajiet Ewropej kif ukoll għall-allowance ta' installazzjoni prevista mill-Artikolu 5 ta' l-imsemmi Anness.

Għall-kumplament, ir-rikors huwa miċħud.

Il-Kummissjoni għandha tbati l-ispejjeż kollha.

____________

1 - ĠU C 45 tad-19.2.2005.